News

ICT students to participate in the First Global Robotics Challenge in Mexico

Tliet studenti tal-MCAST irrappreżentaw lil Malta fir-Robotics Challenge li saret fil-Messiku, fejn b’kollox kien hemm jipparteċipaw 150 pajjiż.

L-istudenti; Monique Micallef,  Aaron Josef Farrugia u Darren Farrugia, ġew magħżula mil-lecturers tagħhom fl-MCAST biex jirrappreżentaw lil Malta.

Jakkumpanijaw lill-istudenti Maltin fil-Messiku kien hemm id-direttur tal-istitut tal- ICT u senior lecturer fl-istess istitut.

L-istudenti Maltin irnexxielhom jirbħu nofs l-isfidi li kellhom wara li ngħaqdu ma’ żewġ pajjiżi kontra tliet pajjiżi oħra.